7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/67
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2009 — Audi u Volkswagen vs UASI (TDI)
(Kawża T-318/09)
2009/C 267/121
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja), Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kather, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-14 ta’ Mejju 2009, fil-Każ R 226/2007-1;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TDI” għal prodotti fil-klassi 12 (Applikazzjoni Nru 3 179 058)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ li nkiseb bl-użu tagħha;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ;
—
ksur tal-ewwel frażi tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-konvenut naqas milli jaċċetta l-proposta għal provi mressqa mir-rikorrenti;
—
ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy