7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/69
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awissu 2009 — Fédération Internationale des Logis vs UASI (Kwadru konvess ta’ kulur kannella)
(Kawża T-329/09)
2009/C 267/126
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Fédération Internationale des Logis (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Champagner Katz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fil-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ R 0202/2009-1 u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark li tirrappreżenta kwadru konvess ta’ kulur kannella għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 24, 43 u 44 — applikazzjoni Nru 6 468 722
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li r-rappreżentazzjoni ta’ kwadru bil-ġnub konvessi ta’ kulur kannella partikolari u speċifiku huwa distint fir-rigward tal-prodotti u servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, sa fejn dawn l-elementi jagħtu aspett partikolari lit-trade mark għal dawn il-prodotti u servizzi.
Full & Egal Universal Law Academy