21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/49
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2009 — mtronix vs UASI — Growth Finance (mtronix)
(Kawża T-353/09)
2009/C 282/95
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: mtronix OHG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schnetzer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Growth Finance AG
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Ġunju 2009, fil-Każ R 1557/2007-4;
—
temenda d-deċiżjoni kkontestata billi ma tilqax, jew billi tiċħad, l-oppożizzjoni ta’ Growth Finance AG, u tilqa’ l-Applikazzjoni Nru 4 193 661 għas-servizzi fil-klassi 9 u titkompla r-reġistrazzjoni għal din il-klassi wkoll;
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell;
—
sussidjarjament, tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “mtronix” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 10 (Applikazzjoni Nru 4 193 661)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Growth Finance AG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “Montronix” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9 u 42 (Trade mark Komunitarja Nru 2 762 862), peress li l-oppożizzjoni hija intiża kontra r-reġistrazzjoni għal prodotti fil-klassi 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) peress li m’hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy