21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/58
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2009 — Mövenpick-Holding vs UASI (PASSIONATELY SWISS)
(Kawża T-377/09)
2009/C 282/108
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mövenpick — Holding AG (rappreżentant: Rechtsanwältin M. Taxhet)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tbiddel id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-23 ta’ Lulju 2009, u tippubblika l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “PASSIONATELY SWISS” (Applikazzjoni Nru 6 701 031);
—
sussidjarjament, tiddikjara li l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 ma jipprekludux ir-reġistrazzjoni tat-trade mark, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-23 ta’ Lulju 2009 u tirrinvija l-każ quddiem il-Bord tal-Appell;
—
sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-23 ta’ Lulju 2009, u tippubblika t-trade mark PASSIONATELY SWISS (Applikazzjoni Nru 6 701 031), flimkien mal-istqarrija tar-rikorrenti li timpenja ruħha li tirrinunzja għal kull dritt esklużiv fuq l-element SWISS tat-trade mark imsemmija hawn fuq;
—
sussidjarjament, tiddikjara li l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 40/94 ma jipprekludux ir-reġistrazzjoni tat-trade mark supplimentata bl-istqarrija tar-rikorrenti li timpejna ruħha li tirrinunzja għal kull dritt esklużiv fuq l-element SWISS tat-trade mark imsemmija hawn fuq, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-23 ta’ Lulju 2009, u tirrinvija l-każ quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PASSIONATELY SWISS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 41, 43 u 44 (Applikazzjoni Nru 6 701 031)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 (1)
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy