21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/58
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2009 — SPAR vs UASI — SPA Group Europe (SPA GROUP)
(Kawża T-378/09)
2009/C 282/109
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: SPAR Handelsgesellschaft mbH (Schenefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SPA Group Europe Ltd & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Lulju 2009, fil-Każ R 123/2008-1 minħabba ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1);
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż għall-proċedimenti tal-oppożizzjoni u tal-appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: SPA Group Europe Ltd & Co. KG
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SPA GROUP” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 41 u 44 (Applikazzjoni Nru 4 038 171)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Ġermaniża “SPAR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 36 u 38 sa 41 (Nru 30 108 039.9) u t-trade mark figurattiva Ġermaniża “SPAR” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 39 (Nru 30 404 087.8)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, għaliex ma teżistix probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy