5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/26
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — General Bearing vs UASI (GENERAL BEARING CORPORATION)
(Kawża T-394/09)
2009/C 297/39
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: General Bearing Corp. (West Nyack, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Dellmeier Beschorner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Lulju 2009, fil-Każ R 73/2009-1;
—
tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark Komunitarja kkonċernata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż inkorsi quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza; u
—
tiffissa ġurnata għas-seduta jekk dan ikun meqjus neċessarju.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GENERAL BEARING CORPORATION” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(ċ) u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009, kif ukoll tal-prinċipji ġenerali tal-liġi tat-trade marks, billi l-Bord tal-Appell żbalja meta qies li t-trade mark Komunitarja kkonċernata ma kinitx eleġibbli għal reġistrazzjoni minħabba fil-fatt li hija purament terminu deskrittiv.
Full & Egal Universal Law Academy