5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/32
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2009 — Deutsche Bahn vs UASI (Taqħqid tal-kuluri griż u aħmar)
(Kawża T-405/09)
2009/C 297/48
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-23 ta’ Lulju 2009, fil-każ R 372/2009-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark li tikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar, għal servizzi fil-klassi 39 (Applikazzjoni Nru 6 735 401)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: fl-evalwazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, l-Uffiċċju konvenut applika kriterju mhux konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza; b’mod partikolari, ġie injorat il-fatt li, fil-każ ta’ applikazzjoni għal trade mark bil-kuluri għal servizzi, għandu jiġi applikat kriterju differenti minn dak applikat fir-rigward ta’ applikazzjoni għal prodotti
Full & Egal Universal Law Academy