5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/33
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2009 — São Paulo Alpargatas vs UASI — Fischer (BAHIANAS LAS ORIGINALES)
(Kawża T-422/09)
2009/C 297/51
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: São Paulo Alpargatas, SA (rappreżentant: P. Merino Baylos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Enrique Fischer
Talbiet tar-rikorrenti
—
tilqa’ r-rikors, billi tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Awwissu 2009, bil-konsegwenzi legali kollha li dan ikun jinvolvi fid-dawl tad-dritt Komunitarju;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Enrique Fischer
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BAHIANAS (LAS ORIGINALES)” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 024 591), għal prodotti fil-klassi 25.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “havaianas” (Nru 3 772 431), trade mark figurattiva Spanjola li tinkludi l-element verbali “havaianas” (M 2 341 904) u trade mark verbali Spanjola “HAVAIANAS” (M 2 341 905), kollha kemm huma fir-rigward ta’ prodotti fil-klassi 25.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja miċħuda kolha kemm hi.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata.
Motivi invokati: interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy