13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/43
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2009 — Acciaierie e Ferriere Leali Luigi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-490/09)
2010/C 37/61
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Acciaierie e Ferriere Leali Luigi SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Każ COMP/37.956 — Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit, adozzjoni mill-ġdid.
—
tannulla l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn ir-rikorrenti ġiet ikkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 6,093 miljuni in solidum mal-kumpannija Leali S.p.A.
—
tnaqqas il-multa imposta.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-472/09, SP vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy