27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/37
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2009 — Baena Grupo vs UASI — Neuman u Galdeano del Sel (Disinni)
(Kawża T-513/09)
2010/C 51/72
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: José Manuel Baena Grupo, SA (Santa Perpètua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel (Tarifa, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tilqa r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta’ Ottubru 2009, fil-Każ R 1323/2008-3.
—
Tannulla d-deċiżjoni tal-UASI.
—
Tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Disinn Komunitarju rreġistrat Nru 000426 895-0002 għal “ornamentazzjoni għal teeshirts, ornamentazzjoni għal brieret, ornamentazzjoni għal stikers, ornamentazzjoni għal materjal stampat, inkluż materjal pubbliċitarju”.
Proprjetarju tad-disinn Komunitarju:Ir-rikorrenti.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: Herbert Neuman u Adoni Galdeano Del Sel.
Trade mark, sinjal jew disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark figurattiva Kommunitarja Nru 1 312 651, għal prodotti fil-klassijiet 25, 28 u 32 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Invalidità tad-Dipartiment tad-Disinni: Rikors milqugħ u disinn iddikjarat invalidu.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u, abbażi tal-fakultà mogħtija lilu mill-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru 6/2002, dwar id-disinji Komunitarji, iddeċieda l-appell fuq il-mertu u ddikjara d-disinn Komunitarju invalidu.
Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy