Digriet tal‑President tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2009 – Dover vs Il‑Parlament
(Kawża T‑149/09 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Irkupru ta’ indennizzi mħallsa bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 12, 13)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba - Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra - Inammissibbiltà (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 43, 44 u 104(2) u (3)) (ara l-punti 14, 18, 19, 21)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 25-29)
4. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-irkupru ta’ indennizzi indebitament imħallsa lil wieħed mill-membri tiegħu - Neċessità għall-Parlament li jibda proċeduri quddiem qorti nazzjonali kompetenti fil-każ ta’ rifjut ta’ ħlas volontarju - Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tissospendi l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni sakemm tinqata’ l-kawża fuq il-mertu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti tal-Prim’Istanza - Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 230 KE, 234 KE u 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 30-32)
5. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu morali li ma jistax jiġi rrimedjat fi proċeduri għal miżuri provviżorji b’mod aħjar milli fil-kawża prinċipali (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 37)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni D (2009) 4639 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, dwar l-irkupru tal-indennizzi li kienu ġew indebitament imħallsa lir-rikorrent bħala rimbors tal-ispejjeż tiegħu ta’ assistenza parlamentari, tan-nota ta’ debitu bbażata fuq din id-deċiżjoni u ta’ kull deċiżjoni li tittieħed bl-għan li jiġi kkumpensat l-ammont mitlub bil-ħlas ta’ indennizzi parlamentari oħra dovuti lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy