Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Mejju 2009 – Biofrescos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-159/09 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Preżentata tat-talba – Inammissibbiltà – Dannu finanzjarju – Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris (Artikoli 225(1) KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 12)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2) u (3)) (ara l-punti 12-15, 18, 19)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 22, 23, 27, 28)
4. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2); Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93) (ara l-punti 29-32)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni li għadhom mhumiex mitluba mingħand ir-rikorrenti, sa fejn dan l-irkupru huwa ordnat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 72 finali, tas-16 ta’ Jannar 2009, li tikkonstata li hemm lok għall-irkupru a posteriori tal-imsemmija dazji, u li r-remissjoni ta’ dawn id-dazji mhijiex ġustifikata fil-każ tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma riżervati.
Full & Egal Universal Law Academy