Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 – Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-367/09)
“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Sejħa għal teħid ta’ azzjoni – Inammissibbiltà manifesta – Rikors għad-danni – Rabta kawżali – Rikors manifestament infondat fid-dritt”
1. Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Intimazzjoni lill-Istituzzjoni - Kundizzjonijiet - Talba espliċita u preċiża (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 232 KE) (ara l-punt 48)
2. Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Intimazzjoni tal-Istituzzjoni - Natura obbligatorja - Rikors ippreżentat qabel ma skada t-terminu għar-risposta tal-Istituzzjoni - Inammissibbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 232 KE) (ara l-punti 52, 53)
3. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet - Rikors għad-danni miċħud kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 74, 75)
4. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Rabta kawżali –Kunċett - Oneru tal-prova (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 76-78, 83)
Suġġett
Rikors intiż, minn naħa waħda, sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fin-Niġerja u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.
2)
Tecnoprocess Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy