Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2010 – General Bearing vs UASI (GENERAL BEARING CORPORATION)
(Kawża T-394/09)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GENERAL BEARING CORPORATION – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Sunt tal-motivi invokati (Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 20)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Lulju 2009 (Każ R 73/2009‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas‑sinjal verbali GENERAL BEARING CORPORATION bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
General Bearing Corp.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali GENERAL BEARING CORPORATION għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6345871
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Generali Bearing Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy