26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari ta’ Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Justitie vs Tayfun Kahveci (C-7/10), Osman Inan (C-9/10)
(Kawżi magħquda C-7/10 u C-9/10) (1)
(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Dritt ta’ residenza - Membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork naturalizzat - Żamma taċ-ċittadinanza Torka - Data tan-naturalizzazzjoni)
2012/C 151/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie
Konvenuti: Tayfun Kahveci (C-7/10), Osman Inan (C-9/10)
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija — Dritt ta’ residenza għall-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jagħmel parti mis-suq legali tal-impjieg ta’ Stat Membru — Membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork naturalizzat li iżda żamm iċ-ċittadinanza Torka tiegħu — Data tan-naturalizzazzjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jagħmel parti mis-suq legali tax-xogħol ta’ Stat Membru jistgħu jibqgħu jinvokaw din id-dispożizzjoni meta dan il-ħaddiem ikun kiseb iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li żamm iċ-ċittadinanza Torka.
(1) ĠU C 63 tat-13.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy