6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-10/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Tnaqqis tad-donazzjonijiet mogħtija lil istituzzjonijiet b’funzjonijiet ta’ riċerka u ta’ tagħlim - Tnaqqis limitat għad-donazzjonijiet magħmula lill-istituzzjonijiet stabbiliti fit-territorju nazzjonali)
2011/C 232/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 56 KE u tal-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 (ĠU 1994, L 1, p. 3) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ vantaġġ fiskali għad-donazzjonijiet lill-korpi ta’ riċerka u ta’ tagħlim pubbliku għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju tad-donazzjoni jkun stabbilit fit-territorju nazzjonali.
Dispożittiv
(1)
Billi tawtorizza t-tnaqqis fiskali tad-donazzjonijiet mogħtija lil istituzzjonijiet b’funzjonijiet ta’ riċerka u ta’ tagħlim esklużivament meta dawn l-istituzzjonijiet ikunu stabbiliti fl-Awstrija, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE u taħt l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
(2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 13.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy