2.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Staatssecretaris van Financiën vs Marishipping and Transport BV
(Kawża C-11/10) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Tariffa Doganali Komuni - Dazji doganali - Eżenzjoni - Sustanzi farmaċewtiċi - Kompożizzjoni - Restrizzjonijiet)
2011/C 103/10
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Marishipping and Transport BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382) — Sustanzi farmaċewtiċi eżenti mid-dazju — Sustanza mhux ippreżentata fil-forma pura tagħha — Restrizzjonijiet
Dispożittiv
L-Ewwel Parti, Taqsima II, Ċ, punt 1(i) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nri 2031/2001, tas-6 ta’ Awwissu 2001, u 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002 rispettivament, għandha tiġi interpretata fis-sens li sustanza farmaċewtika, li tinsab fil-lista ta’ sustanzi msemmija fl-Anness 3 tat-Tielet Parti tal-istess Anness I, li kienet ġiet miżjuda b’sustanzi oħra, b’mod partikolari farmaċewtiċi, ma tistax tibbenefika iktar mill-eżenzjoni mid-dazji doganali li kienet tkun applikabbli jekk tali sustanza kienet fil-forma pura tagħha.
(1) ĠU C 80, 27.3.2010.
Full & Egal Universal Law Academy