26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Lecson Elektromobile GmbH vs Hauptzollamt Dortmund
(Kawża C-12/10) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura magħquda - Sezzjoni XVII - Mezz ta’ trasport - Kapitolu 87 - Vetturi bil-mutur, tractors, roti u vetturi oħra li jintużaw fuq l-art, partijiet u aċċessorji tagħhom - Intestaturi 8703 u 8713 - Vetturi elettriċi bi tliet jew erba’ roti intiżi għat-trasport ta’ persuna u li jilħqu veloċità massima ta’ 6 sa 15 km fis-siegħa, mgħammra b’kolonna ta’ tmun distinta u aġġustabbli, imsejħa “vetturi elettriċi”)
2011/C 63/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lecson Elektromobile GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Dortmund
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 327, p. 1) — Vetturi elettriċi bi tliet jew erba’ roti intiżi li jittrasportaw persuna waħda u li jilħqu veloċità massima ta’ bejn 6 u 15-il kilometru fis-siegħa — Klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8713 jew taħt l-intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda?
Dispożittiv
L-intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda inkluża fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri vetturi bi tliet jew erba’ roti, intiżi għat-trasport ta’ persuna, li ma hijiex neċessarjament persuna b’diżabbiltà, li jaħdmu b’mutur elettriku bil-batterija u li jilħqu veloċità massima ta’ 6 sa 15-il km fis-siegħa, mgħammra b’kolonna ta’ tmun distinta u aġġustabbli, imsejħa “vetturi elettriċi”, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010
Full & Egal Universal Law Academy