10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — ir-Renju Unit) — Etimine SA vs Secretary of State for Work and Pensions
(Kawża C-15/10) (1)
(Ambjent u ħarsien tas-saħħa tal-bniedem - Direttiva 67/548/KEE - Regolament (KE) Nru 1272/2008 - Sustanzi b’bażi ta’ borat - Klassifikazzjoni bħala sustanzi reprotossiċi ta’ kategorija 2 - Direttiva 2008/58/KE u Regolament (KE) Nru 790/2009 - Adattament ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet għall-progress tekniku u xjentifiku - Validità - Metodi ta’ evalwazzjoni tal-proprjetajiet intrinsiċi tal-imsemmija sustanzi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Bażi legali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ proporzjonalità)
2011/C 269/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Etimine SA
Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions
Fil-preżenza ta’: Borax Europe Ltd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Validità, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-borat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni, tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58/KE, tal-21 ta’ Awissu 2008, li temenda, bil-għan li tadatta għall-progress tekniku, għat-30 darba, d-Direttiva tal-Kunsill Nru 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l imballaġġ u l-ittikkjettar tas-sustanzi perikolużi (ĠU L 246, p 1) u tar-Regolament tal Kummissjoni (KE) Nru 790/2009, tal-10 ta’ Awwissu 2009, li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 235, p. 1) — Evalwazzjoni żbaljata tal-eżistenza ta’ riskju waqt it-trattament u l-użu normali tas-sustanza, hekk kif meħtieġ mill-Anness VI tad-Direttiva 67/548/KEE
Dispożittiv
Mill-eżami tad-domandi preliminari jirriżulta li ma hemm l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità minn naħa, tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58/KE, tal-21 ta’ Awwissu 2008, li tipprovdi t-tletin adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva 67/548 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi, kif ukoll, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2009, tal-10 ta’ Awwissu 2009, li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, inkwantu din id-direttiva u dan ir-regolament ikklassifikaw bħala reprotossiċi ta’ kategorija 2 ċerti sustanzi b’bażi ta’ borat.
(1) ĠU C 63, 13.03.2010
Full & Egal Universal Law Academy