2.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — ir-Renju Unit) — The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd vs Office of Communications, British Telecommunications plc
(Kawża C-16/10) (1)
(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Telekomunikazzjonijiet - Netwerks u servizzi - Direttiva 2002/22/KE - Ħatra ta’ impriżi għall-provvista tas-servizz universali - Impożizzjoni ta’ obbligi speċifiċi lill-impriża maħtura - Servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju u ta’ direttorji)
2011/C 103/11
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd
Konvenuta: Office of Communications, British Telecommunications plc
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tad-Direttivi tal-Parlament u tal-Kunsill 2002/20/KE, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Volum 13, Kapitolu 29, p. 337), 2002/21 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Volum 13, Kapitolu 29, p. 349) u 2002/22 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Volum 13, Kapitolu 29, p. 367) — Ħatra ta’ impriżi għall-provvista ta’ servizz universali — Obbligi speċifiċi li jistgħu jiġu imposti fuq l-impriża maħtura
Dispożittiv
L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) jawtorizza lill-Istati Membri, meta jiddeċiedu li jaħtru impriża jew impriżi skont din id-dispożizzjoni sabiex jiggarantixxu l-provvista tas-servizz universali, jew ta’ diversi elementi tas-servizz universali, hekk kif iddefinit fl-Artikoli 4 sa 7 u 9(2) ta’ din l-istess direttiva, li jimponu fuq dawn unikament l-obbligi speċifiċi, previsti mid-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva, li huma marbuta mal-provvista tal-imsemmi servizz jew tal-imsemmija elementi ta’ dan lill-utenti finali mill-impriżi maħtura stess.
(1) ĠU C 63, 13.3.2010.
Full & Egal Universal Law Academy