7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-23/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa ta’ banana friska - Piż iddikjarat li ma jirriflettix il-piż reali - Obbligu tal-awtoritajiet doganali li jikkontrollaw il-piż iddikjarat - Kodiċi doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikoli 68 et seq - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 290a - Anness 38b - Sistema ta’ riżorsi proprji - Telf mid-dħul - Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89 - Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 - Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11)
2011/C 139/13
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Caeiros, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 68 et seq tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), tal-Artikolu 290a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) u tal-Anness 38b tiegħu, kif ukoll tal-Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom, dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169) — Rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa ta’ banana friska — Piż iddikjarat li ma jirriflettix il-piż reali — Riżorsi proprji — Telf mid-dħul
Dispożittiv
(1)
Billi l-awtoritajiet doganali tagħha aċċettaw sistematikament, matul is-snin 1998 sa 2002, dikjarazzjonijiet doganali ta’ rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa ta’ banana friska, filwaqt li kellhom għarfien jew li raġonevolment kellhom ikollhom għarfien tal-fatt li l-piż iddikjarat tal-banana ma kienx jirrifletti l-piż reali tagħha, u billi l-awtoritajiet Portugiżi rrifjutaw li jallokaw riżorsi proprji għat-telf mid-dħul u għall-interessi fuq l-arretrati dovuti, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13, 68 u 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, moqri flimkien mal-Artikolu 290a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 89/97, tal-20 ta’ Jannar 1997, kif ukoll tal-Artikoli 2, 6 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom, dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunitajiet, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill, (Euratom, KE) Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996, u tal-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010
Full & Egal Universal Law Academy