7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-15 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel — il-Lussemburgu) — Heiko Koelzsch vs L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-29/10) (1)
(Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Kuntratt ta’ xogħol - Għażla tal-partijiet - Dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla - Determinazzjoni ta’ din il-liġi - Kunċett ta’ pajjiż jew ta’ ħaddiem “fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu” - Ħaddiem li jwettaq xogħlu f’iktar minn Stat kontraenti wieħed)
2011/C 139/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Heiko Koelzsch
Konvenut: L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel — Interpetazzjoni tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10) — Determinazzjoni tal-liġi applikabbli għal rikors mibdi minħabba tkeċċija abużiva fin-nuqqas ta’ għażla mill-partijiet ta’ kuntratt individwali ta’ xogħol — Kunċett ta’ “post fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu” — Ħaddiem li jwettaq xogħlu f’iktar minn pajjiż wieħed, iżda li b’mod sistematiku jirritorna f’wieħed minnhom.
Dispożittiv
L-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn il-ħaddiem jeżerċita l-attività tiegħu f’iktar minn Stat kontraenti wieħed, il-pajjiż fejn il-ħaddiem, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, abitwalment jaħdem fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni huwa dak fejn jew li minnu, fid-dawl tal-elementi kollha li jikkaratterizzaw din l-attività, il-ħaddiem iwettaq il-biċċa l-kbira mill-obbligi tiegħu lejn min iħaddmu.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy