17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-38/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 TFUE - Leġiżlazzjoni fiskali - Trasferiment tad-domiċilju fiskali - Trasferiment ta’ assi - Taxxa tal-ħruġ immedjata)
2012/C 355/02
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, G. Braga da Cruz u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. Menezes Leitão, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Vang, aġent), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: C. Blaschke u K. Petersen, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez u A. Rubio González, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. de Ree, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Hathaway u A. Robinson, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 TFUE u tal-Artikolu 31 ŻEE — Dispożizzjonijiet fiskali li permezz tagħhom, il-kumpanniji li ma jżommux ir-residenza fiskali tagħhom fil-Portugall jew li jittrasferixxu l-assi tagħhom lejn Stat ieħor għandhom iħallsu immedjatament taxxa tal-ħruġ
Dispożittiv
(1)
Billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikoli 76 A u 76 B tal-Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Colectivas), applikabbli f’każ ta’ trasferiment, minn kumpannija Portugiża, tas-sede statutorja tagħha u tal-amministrazzjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor jew f’każ ta’ trasferiment, minn kumpannija li ma tirrisjedix fil-Portugall, ta’ parti jew tal-assi kollha relatati ma’ stabbiliment permanenti Portugiż, mill-Portugall lejn Stat Membru ieħor, u li jipprovdu għall-intaxxar immedjat tal-qligħ kapitali moħbi relattiv għall-assi kkonċernati, iżda mhux għall-intaxxar tal-qligħ kapitali moħbi li jirriżulta minn tranżazzjonijiet purament nazzjonali, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 TFUE.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Ir-Repubbika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 80, 27.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy