30.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-39/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-ħaddiema - Taxxa fuq id-dħul - Tnaqqis - Pensjonijiet tal-irtirar - Impatt fuq il-pensjonijiet ta’ ammont baxx - Diskriminazzjoni bejn persuni taxxabbli residenti u dawk li ma humiex residenti)
2012/C 194/02
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, K. Saaremäel-Stoilov u R. Lyal, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: M. Linntam, aġent)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez u A. Rubio Gonzáles, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: S. Ossowski, aġent), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, C. Blaschke u B. Klein, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 45 TFUE u tal-Artikolu 28 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa fuq id-dħul tal-pensjonijiet tal-irtirar — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix għall-possibbiltà li tingħata eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul lill-persuni li ma humiex residenti u li d-dħul totali tagħhom huwa tant baxx li kienu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul li kieku kienu persuni taxxabbli residenti
Dispożittiv
(1)
Billi teskludi lill-persuni rtirati mhux residenti mill-benefiċċju tat-tnaqqis previst mil-Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (tulumaksuseadus) tal-15 ta’ Diċembru 1999, kif emendata bil-Liġi tas-26 ta’ Novembru 2009, meta, fid-dawl tal-ammont baxx tal-pensjonijiet tagħhom, dawn il-persuni ma humiex, skont il-leġiżlazzjoni fiskali tal-Istat Membru ta’ residenza, taxxabbli f’dan l-Istat tal-aħħar, ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 45 TFUE u 28 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
(2)
Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 63, 13.3.2010.
Full & Egal Universal Law Academy