18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-41/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Assigurazzjoni diretta minbarra l-assigurazzjoni għall-ħajja - Direttivi 73/239/KEE u 92/49/KEE - Assoċjazzjonijiet ta’ sostenn reċiproku attivi fis-suq tal-assigurazzjoni għall-mard addizzjonali - Transpożizzjoni inkorretta u inkompleta)
2010/C 346/34
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u N. Yerrell, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u L. Van den Broeck, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta u inkompleta tad-dispożizzjonijiet 6, 8, 15, 16 u 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 14), kif ukoll tal-Artikoli 20, 21 u 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar “assigurazzjoni mhux tal-ħajja”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346)
Dispożittiv
(1)
Billi ttraspona b’mod inkorret u inkomplet l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja, kif emendata bid-Direttiva 2002/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Marzu 2002, u d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar “assigurazzjoni mhux tal-ħajja”), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt, b’mod partikolari, l-Artikoli 6, 8, 15, 16 u 17 tad-Direttiva 73/239, kif emendata bid-Direttiva 2002/13, kif ukoll l-Artikoli 20 sa 22 tad-Direttiva 92/49.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010
Full & Egal Universal Law Academy