18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ April 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State van België — il-Belġju) — Vlaamse Dierenartsenvereniging VZW (C-42/10, C-45/10 u C-57/10), Marc Janssens (C-42/10 u C-45/10) vs Belgische Staat
(Kawżi magħquda C-42/10, C-45/10 u C-57/10) (1)
(Settur veterinarju u zootekniku - Regolament (KE) Nru 998/2003 - Ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi - Deċiżjoni 2003/803/KE - Mudell ta’ passaport għall-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes)
2011/C 179/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vlaamse Dierenartsenvereniging VZW (C-42/10, C-45/10 u C-57/10), Marc Janssens (C-42/10 u C-45/10)
Konvenut: Belgische Staat
fil-preżenza ta’: Luk Vangheluwe (C-42/10),
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(b), 4(2), 5 u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 39, p. 75) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/803/KE, tas-26 ta’ Novembru 2003, li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 198) — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jimponu li fuq kull passaport ikun hemm numru uniku magħmul minn 13-il simbolu (kodiċi ISO) segwit min-numru ta’ approvazzjoni tad-distributur — Mezzi kif l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb tiġi ppruvata — Data marbuta ma’ sid l-annimal.
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 3(b), 4(2), 5 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE, kif ukoll l-artikoli u l-annessi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE, tas-26 ta’ Novembru 2003, li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi numerazzjoni għall-passaporti għal annimali domestiċi, komposta minn numru uniku li jinkludi l-kodiċi ISO b’żewġ karattri tal-Istat Membru kkonċernat segwit min-numru ta’ approvazzjoni tad-distributur kompost minn żewġ ċifri u minn numru sussegwenti ta’ disa’ ċifri, sakemm din tiżgura l-karattru uniku ta’ dan in-numru ta’ identifikazzjoni.
(2)
L-Artikoli 3(b), 4(2), 5 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 998/2003, kif ukoll l-artikoli u l-annessi tad-Deċiżjoni 2003/803 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn:
—
ma jipprekludux leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li b’applikazzjoni tagħha l-passaport għall-annimali domestiċi jintuża mhux biss bħala dokument għall-ivjaġġar, b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iżda anki bħala prova tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-klieb fuq livell nazzjonali, u
—
jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi parti waħda fil-passaport għall-annimali domestiċi intiża sabiex fiha titniżżel l-identità u l-indirizz tal-proprjetarju tal-annimal, li l-bdil suċċessiv tagħha jsir permezz tat-twaħħil ta’ tikketti adeżivi.
(3)
Dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar il-passaport għall-annimali domestiċi u relatati mal-użu tiegħu bħala prova tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-klieb, kif ukoll mal-użu ta’ tikketti adeżivi sabiex isir tibdil fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-proprjetarju u tal-annimal, min-naħa waħda, u dawk dwar id-determinazzjoni ta’ numru uniku għall-qtates u n-nemes, min-naħa l-oħra, ma jikkostitwixxux regoli tekniċi fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, li għandhom, b’mod konformi mal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, ikunu s-suġġett ta’ komunikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 100, 17.4.2010.
Full & Egal Universal Law Academy