17.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 370/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2011 — Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Scheucher — Fleisch GmbH, Tauernfleisch Vertriebs GesmbH, Wech-Kärntner Truthahnverarbeitung GmbH, Wech-Geflügel GmbH, Johann Zsifkovics, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-47/10 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikoli 87 KE u 88(2) u (3) KE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Motivi ta’ annullament li jistgħu jiġu invokati - Kunċett ta’ “parti interessata” - Motivazzjoni tas-sentenzi - Oneru tal-prova - Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Artikoli 64 u 81 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali)
2011/C 370/16
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: E. Riedl, aġent, M. Núñez-Müller, J. Dammann, avukati)
Appellati: Scheucher — Fleisch GmbH, Tauernfleisch Vertriebs GesmbH, Wech-Kärntner Truthahnverarbeitung GmbH, Wech-Geflügel GmbH, Johann Zsifkovics (rappreżentanti: J. Hofer u T. Humer, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali, iktar ’il quddiem il-“Qorti Ġenerali) (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Novembru 2009, Scheucher — Fleisch et vs Il-Kummissjoni (T-375/04), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 2037 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2004, dwar il-programmi ta’ kwalità u t-tikketti ‘AMA-Biozeichen’ fl-Awstrija (ĠU 2005, C 105, p. 30) — Interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ‘tirrigwarda direttament u individwalment’, inkluż fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Ksur tal-Artikolu 108(2) TFEU inkwantu l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tibda l-proċedura prevista f’din id-dispożizzjoni — Ksur tar-regoli dwar l-oneru tal-prova — Motivazzjoni insuffiċjenti tas-sentenza appellata — Nuqqas ta” miżuri istruttorji neċessarji
Dispożittiv
(1)
L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.
(2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010
Full & Egal Universal Law Academy