15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-48/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis - Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti - Obbligu li jiġi żgurat li l-operat ta’ tali installazzjonijiet jitwettaq b’mod konformi mar-rekwiżiti tad-direttiva)
2011/C 13/24
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Alcover San Pedro, aġent)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Installazzjonijiet li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija u fuq it-tniġġis — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ permessi maħruġa skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż jew, skont il-każ, billi jeżaminaw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, billi jaġġornaw il-kundizzjonijiet, li l-installazzjonijiet eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, l-Artikolu 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2) ta’ din id-direttiva, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, bla ħsara għal dispożizzjonijiet tad-dritt speċifiċi oħra tal-Unjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010
Full & Egal Universal Law Academy