4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-49/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis - Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 328/13
Lingwa tal-kawża: l-Isloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Alcover San Pedro, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: N. Pintar Gosenca, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jkun żgurat li tali installazzjonijiet joperaw skont ir-rekwiżiti tad-direttiva
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha fil-qasam ta’ permessi għal installazzjonijiet industrijali, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, ir-Repubblika tas-Slovenja naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010
Full & Egal Universal Law Academy