21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-50/10) (1)
(Nuqqas ta’Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġiż - Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti)
2011/C 152/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u C. Zadra, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: M. Russo, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Installazzjonijiet li jistgħu jkollhom effett fuq emissjonijiet fl-arja, l-ilma u l-ħamrija u fuq it-tniġġiż — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti.
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ permessi maħruġa b’mod konformi mal-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2001/1/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (verżjoni kodifikata), jew, b’mod xieraq, billi jikkunsidraw mill-ġdid il-kundizzjonijiet u, fejn meħtieġ, jaġġornawhom, sabiex l-installazzjonijiet eżistenti kollha fis-sens tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2008/1/KE joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2) tal-imsemmija direttiva, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010.
Full & Egal Universal Law Academy