7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2011 — Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-51/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Sinjal ikkostitwit esklużivament minn numri - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal ‘1000’ bħala trade mark għal fuljetti, rivisti perjodiċi u gazzetti - Karattru allegatament deskrittiv tal-imsemmi sinjal - Kriterji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Obbligu tal-UASI li jieħu kont tal-prassi deċiżjonali preċedenti tiegħu)
2011/C 139/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (rappreżentant: A. von Mühlendahl, Rechtsanwalt)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tad-19 ta’ Novembru 2009, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (T-298/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni R 447/2006-4 tar-Raba’ Bord tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Awwissu 2006, li tiċħad l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “1000” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 28 u 41 — Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy