30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta' Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Eleftheri tileorasi A.E. “ALTER CHANNEL”, Konstantinos Giannikos vs Ypourgos Typou kai Meson mazikis Enimerosis kai, Ethniko Symvoulio Radiotileorasis
(Kawża C-52/10) (1)
(Direttiva 89/552/KEE - Attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni - Artikolu 1(d) - Kunċett ta’ “reklamar bil-moħbi” - Natura intenzjonali - Preżentazzjoni ta’ trattament dentali estetiku matul programm tat-televiżjoni)
2011/C 226/08
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eleftheri tileorasi A.E. “ALTER CHANNEL”, Konstantinos Giannikos
Konvenuta: Ypourgos Typou kai Meson mazikis Enimerosis kai, Ethniko Symvoulio Radiotileorasis
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224), kif emendat bl-Artikolu 1(c) tad-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Ġunju 1997 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol 2, p. 321) — Xandira televiżiva li tikkonsisti fil-preżentazzjoni ta’ trattament dentali estetiku — Kunċett ta’ “reklamar bil-moħbi”
Dispożittiv
L-Artikolu 1(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/36/KE, tat-30 ta’ Ġunju 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta’ ħlas jew remunerazzjoni simili ma tikkostitwixxix element neċessarju sabiex tkun tista’ tiġi stabbilita n-natura intenzjonali ta’ reklamar bil-moħbi.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010
Full & Egal Universal Law Academy