22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Conseil d’État — Franza) — Monsanto SAS et vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche
(Kawżi maqgħquda C-58/10 sa C-68/10) (1)
(Agrikoltura - Għalf ġenetikament modifikat - Miżuri ta’ emerġenza - Miżura adottata minn Stat Membru - Sospensjoni provviżorja ta’ awtorizzazzjoni mogħtija skont id-Direttiva 90/220/KEE - Bażi legali - Direttiva 2001/18/KE - Artikolu 12 - Leġiżlazzjoni settorali - Artikolu 23 - Klawżola ta’ Salvagwardja - Regolament (KE) Nru 1829/2003 - Artikolu 20 - Prodotti eżistenti - Artikolu 34 - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Artikoli 53 u 54 - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni)
2011/C 311/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Monsanto SAS (C-58/10 u C-59/10), Monsanto Agriculture France SAS (C-58/10 u C-59/10), Monsanto International SARL (C-58/10 u C-59/10), Monsanto Technology LLC (C-58/10 u C-59/10), Monsanto Europe SA (C-59/10), Association générale des producteurs de maïs (AGPM) (C-60/10), Malaprade SCEA et (C-61/10), Pioneer Génétique SARL (C-62/10), Pioneer Semences SAS (C-62/10), Union française des semenciers (UFS), li qabel kien Syndicat des établissements de semences agréés pour les semences de maïs (Seproma) (C-63/10), Caussade Semences SA (C-64/10), Limagrain Europe SA, anciennement Limagrain Verneuil Holding SA (C-65/10), Maïsadour Semences SA (C-66/10), Ragt Semences SA (C-67/10), Euralis Semences SAS (C-68/10), Euralis Coop (C-68/10)
Konvenut: Ministre de l’Agriculture et de la Pêche
fil-preżenza ta’: Association France Nature Environment (C-59/10 u C-60/10), Confédération paysanne (C-60/10)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432), tal-Artikoli 12 u 23 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77) kif ukoll tal-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463) — Sospensjoni jew projbizzjoni provviżorja fuq l-użu jew il-bejgħ ta’ żrieragħ tal-qamħ li joħorgu linja ta’ qamħ ġenetikament immodifikat, wara l-awtorizzazzjoni ta’ tqiegħed fis-suq ta’ dan il-prodott — Kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali sabiex jadottaw dawn il-miżuri — Kunċetti ta’ “riskju” u ta’ “riskju serju” għall-ambjent — Kriterji ta’ identifikazzjoni tar-riskju, ta’ evalwazzjoni tal-probabbiltà tiegħu u tal-evalwazzjoni tal-effetti tiegħu
Dispożittiv
(1)
F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawżi prinċipali, organiżmu modifikat ġenetikament bħall-qamħirrun MON 810, li ġew awtorizzati b’mod partikolari bħala żerriegħa għal finijiet ta’ koltivazzjoni, b’applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, tat-23 ta’ April 1990, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, u li, fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, ġew notifikati bħala prodotti eżistenti, imbagħad kienu s-suġġett ta’ talba għal tiġdid ta’ awtorizzazzjoni li kienet qed tiġi eżaminata ma jistgħux ikunu s-suġġett, min-naħa ta’ Stat Membru, ta’ miżuri ta’ sospensjoni jew ta’ projbizzjoni provviżorja mill-użu jew mit-tqegħid fis-suq b’applikazzjoni tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, fejn min-naħa l-oħra, tali miżuri jistgħu jiġu adottati b’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003.
(2)
L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 jawtorizza lil Stat Membru sabiex jadotta miżuri ta’ emerġenza biss fiċ-ċirkustanzi proċedurali msemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, li fir-rigward tagħhom hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika l-osservanza.
(3)
Għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza, l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 jimponi lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu, minbarra l-emerġenza, l-eżistenza ta’ sitwazzjoni li tista’ tippreżenta riskju importanti li jipperikola b’mod manifest is-saħħa tal-bneidem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010
Full & Egal Universal Law Academy