8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom — Ir-Renju Unit) — Office of Communications vs The Information Commissioner
(Kawża C-71/10 P) (1)
(Aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali - Direttiva 2003/4/KE - Artikolu 4 - Eċċezzjonijiet għad-dritt għal aċċess - Talba għal aċċess li tinvolvi diversi interessi protetti bl-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva)
2011/C 298/09
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: Office of Communications
Appellat: The Information Commissioner
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court of the United Kingdom — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2)(b) u (e) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7 p. 375) — Eċċezzjonijiet għad-dritt għal aċċess — Talba għal aċċess li tinvolvi diversi interessi protetti bl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva, fejn id-dannu għal kull wieħed minn dawn l-interessi ma huwiex tali li waħdu jiġġustifika r-rifjut ta’ aċċess
Dispożittiv
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta' Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunsill 90/313/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorità pubblika, li jkollha tagħrif ambjentali jew li tali tagħrif ikun miżmum f’isimha, tista’, meta tibbilanċja l-interessi pubbliċi moqdija bl-iżvelar mal-interessi moqdija bir-rifjut ta’ żvelar, għall-finijiet li tiġi evalwata talba intiża sabiex dan it-tagħrif jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ persuna fiżika jew ġuridika, tieħu inkunsiderazzjoni b’mod kumulattiv diversi raġunijiet għal rifjut imsemmija f’din id-dispożizzjoni
(1) ĠU C 113, 01.05.2010
Full & Egal Universal Law Academy