19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-82/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 73/239/KEE - Artikoli 6, 8, 9, 13 u 15 sa 17 - Direttiva 92/49/KEE - Artikoli 22 u 23 - Assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja - Emenda tal-memoranda ta’ korp tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-kompetenza tiegħu - Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja)
2011/C 340/04
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: N. Yerrell, aġent)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, E. Regan, SC)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 6, 8, 9, 13, 15, 16 u 17 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 14) — Ksur tal-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (It-Tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346).
Dispożittiv
(1)
Billi naqset milli tapplika fl-intier tagħha, fir-rigward tal-impriżi ta’ assigurazzjoni kollha u mingħajr diskriminazzjoni, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 6, 8, 9, 13 u 15 sa 17 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja, kif emendata bid-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2005, kif ukoll l-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (It-Tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja), kif emendata bid-Direttiva 2005/68, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-direttivi.
(2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy