12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2010 — Longevity Health Products, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-84/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Sinjal verbali “Kids Vits” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja VITS4KIDS - Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Dritt għal smigħ)
2011/C 80/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. E. Korab, avukat)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Merck KGaA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2009, Longevity Health Products vs UASI — Merck (Kids Vids) (T-484/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008, li tiċħad ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Kids Vits” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassi 5, billi tilqa’ l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali preċedenti “VITSS4KIDS” — Ksur tad-dritt għal smigħ quddiem qorti — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 100, 17.04.2010
Full & Egal Universal Law Academy