12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-90/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva “habitats” - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Fawna u flora selvaġġa - Artikoli 4(4), u 6(1) u (2) - Stabbiliment ta’ prijoritajiet għaż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni kif ukoll protezzjoni xierqa tagħhom - Nuqqas ta’ garanzija ta’ protezzjoni legali xierqa taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni li jinsabu fl-arċipelagu tal-Canarias)
2011/C 331/05
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: M. Pere, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(4) u 6(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Siti ta’ importanza għall-Komunità — Miżuri ta’ konservazzjoni — Reġjun bioġeografiku Makaroneżju
Dispożittiv
(1)
Ir-Renju ta’ Spanja,
—
billi naqas milli jistabbilixxi, skont l-Artikoli 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, prijoritajiet fir-rigward taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni li jikkorrispondu għas-siti ta’ importanza għall-Komunità tar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan li jinsabu fit-territorju Spanjol u indikati bid-Deċiżjoni tal-Kummissoni 2002/11/KE, tat-28 ta’ Diċembru 2001, li tadotta l-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Makaroneżju, skont id-Direttiva 92/43, u
—
billi naqas milli jadotta u jimplementa, skont l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva 92/43, il-miżuri xierqa ta’ konservazzjoni u sistema ta’ protezzjoni li tevita d-deterjorament tal-habitats u t-tfixkil sinjifikattiv tal-ispeċi billi jiżgura l-protezzjoni legali taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni li jkopru s-siti msemmija fid-Deċiżjoni 2002/11 li jinsabu fit-territorju Spanjol,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ta’ din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy