12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Jannar 2011 — Media-Saturn-Holding GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-92/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju u komposta minn elementi li waħedhom ma għandhomx karattru distintiv - Sinjal figurattiv “BEST BUY”)
2011/C 80/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Media-Saturn-Holding GmbH (rappreżentant: E. Warnke, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-15 ta’ Diċembru 2009, Media-Saturn vs UASI (BEST BUY) (T-476/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv “BEST BUY” bħala trade mark Komunitarja għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 5 sa 12, 14 sa 17, 20 sa 22, 27, 28, 35, 37, 38 u 40 sa 42 — Karattru distintiv ta’ trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju u komposta minn elementi li waħedhom ma għandhomx karattru distintiv.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Media-Saturn-Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy