10.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 362/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Danfoss A/S, Sauer-Danfoss ApS vs Skatteministeriet
(Kawża C-94/10) (1)
(Taxxi indiretti - Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas ta’ restituzzjoni tas-sisa lix-xerrejja ta’ prodotti li fuqhom is-sisa ġiet mgħoddija)
2011/C 362/08
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Danfoss A/S, Sauer-Danfoss ApS
Konvenuta: Skatteministeriet
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar l-irkupru ta’ ħlas mhux dovut u l-kundizzjonijiet għall-kumpens tad-danni kkawżati lill-individwi — Dazju tas-sisa miġbur bi ksur tas-sistema armonizzata tad-dazju tas-sisa mwaqqfa mid-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi għad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali (ĠU L 316, p. 12) — Dazju tas-sisa illegali mħallas lill-Istat minn kumpanniji taż-żejt li biegħu żejt suġġett għad-dazju tas-sisa filwaqt li inkorporaw id-dazju tas-sisa fil-prezz tal-merkanzija — Nuqqas ta’ rifużjoni tad-dazju tas-sisa mill-Istat lix-xerrejja taż-żejt minħabba li dawn ma kinux ħallsuh lill-Istat — Rifjut ta’ kumpens għad-dannu kkawżat lix-xerrejja taż-żejt mid-dazju tas-sisa illegali minħabba n-nuqqas ta’ dannu immedjat u ta’ rabta kawżali diretta bejn il-ksur tal-obbligu tal-Istat u d-dannu subit
Dispożittiv
Ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
(1)
Stat Membru jista’ jopponi talba għal rimbors ta’ taxxa mħallsa indebitament imressqa mix-xerrej li fuqu għaddiet dik it-taxxa, għar-raġuni li ma huwiex dan tal-aħħar li ħallasha lill-awtoritajiet tat-taxxa, dment li dan jista’, taħt id-dritt intern, iressaq azzjoni ċivili għall-irkupru ta’ ħlas indebitu fir-rigward tal-persuna taxxabbli u dment li r-rimbors minn dan tal-aħħar tat-taxxa indebitament imħallsa ma jkunx prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli;
(2)
Stat Membru jista’ jiċħad talba għall-kumpens imressqa mix-xerrej li fuqu l-persuna taxxabbli għaddiet taxxa indebita, fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ rabta kawżali diretta bejn il-ġbir ta’ dik it-taxxa u d-dannu subit, dment li x-xerrej jista’, fuq il-bażi tad-dritt intern, jidderieġi l-imsemmija talba kontra l-persuna taxxabbli u li l-kumpens, minn dan tal-aħħar, tad-dannu subit mix-xerrej ma jkunx prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010.
Full & Egal Universal Law Academy