8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Lidl & Companhia vs Fazenda Pública
(Kawża C-106/10) (1)
(Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - VAT - Valur Taxxabbli - Taxxa dovuta fuq il-produzzjoni, il-kostruzzjoni, l-introduzzjoni jew l-importazzjoni tal-vetturi)
2011/C 298/10
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lidl & Companhia
Konvenuta: Fazenda Pública
fil-preżenza ta’: Ministério Público
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 73 u s-subparagrafu (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78, moqri flimkien mas-subparagrafu (ċ) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 79 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Inklużjoni, fil-bażi ta’ taxxa tal-VAT, tal-“imposto sobre veículos” Portugiż — Taxxi fuq vetturi ġodda dovuti għall-produzzjoni, il-kostruzzjoni, l-introduzzjoni jew l-importazzjoni tal-vetturi — Taxxa dovuta darba biss, mill-operatur jew mill-bejjiegħ tal-vettura, meta din tiġi introdotta fis-suq Portugiż
Dispożittiv
(1)
Taxxa bħalma hija t-taxxa fuq il-vetturi (imposto sobre veículos), inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-fatt li jiġġeneraha huwa marbut direttament mal-provvista ta’ vettura li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taxxa u li hija mħallsa mill-fornitur ta’ din il-vettura taqa’ taħt il-kunċett ta’ “taxxi, dazji, imposti u piżijiet”, fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għandha tkun inkluża fil-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-provvista tal-imsemmija vettura.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy