2.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Enel Maritsa Iztok 3 AD vs Direktor “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” NAP
(Kawża C-107/10) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttivi 77/388/KEE u 2006/112/KE - Rimbors - Terminu - Interessi - Tpaċija - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)
2011/C 194/06
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Enel Maritsa Iztok 3 AD
Konvenuta: Direktor “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” NAP
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 23) u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Terminu mandatorju għar-rimbors tal-VAT eċċessiva li fl-iskadenza tiegħu jsir il-kalkolu tal-interessi dovuti lill-persuna taxxabbli — Emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali matul tali kalkolu li tipprovdi li, fil-każ ta’ kontroll fiskali, dan il-kalkolu għandu jitwettaq b’effett mid-data tal-preżentata tal-avviż tat-taxxa li jtemm il-kontroll fiskali — Terminu raġonevoli — Possibbiltà ta’ rimbors tal-VAT eċċessiva bi tpaċija tas-somma li għandha tiġi rimborsata mal-ammonti fiskali li hija suġġetta għalihom il-persuna taxxabbli — Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/138/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2006, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, b’effett retroattiv, l-estensjoni tat-terminu li fih għandu jsir ir-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud eċċessiva mħallsa, sa fejn din il-leġiżlazzjoni ċċaħħad lill-persuna taxxabbli mid-dritt, li hija kellha qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, li tikseb interessi moratorji fuq l-ammont li għandu jiġi rrimborsat lilha.
(2)
L-Artikolu 183 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2006/138, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-terminu normali sabiex isir ir-rimbors tat-taxxa fuq il valur miżjud eċċessiva mħallsa, li fl-iskadenza tiegħu interessi moratorji jkunu dovuti fuq l-ammont li għandu jiġi rrimborsat, jiġi mtawwal fil-każ li tinbeda l-proċedura ta’ verifika fiskali, peress li l konsegwenza ta’ din il-proroga hija li dawn l-interessi jkunu dovuti biss mid-data li fiha din il-proċedura tiġi fi tmiemha, minkejja l-fatt li din it-taxxa fuq il-valur miżjud eċċessiva mħallsa tkun diġà s-suġġett ta’ differiment matul it-tliet perijodi taxxabbli li jsewgu dak il-perijodu li abbażi tiegħu din tkun ġiet ikkonstatata. Min-naħa l-oħra, il-fatt li dan it-terminu normali huwa ta’ 45 ġurnata ma jmurx kontra l-imsemmija dispożizzjoni.
(3)
L-Artikolu 183 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2006/138, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix li r-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud eċċessiva mħallsa jsir permezz ta’ tpaċija.
(1) ĠU C 134, 22.05.2010
Full & Egal Universal Law Academy