17.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 370/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Ottubru 2011 — Solvay SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-109/10 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Suq tas-soda fil-Komunità - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl - Smigħ tal-impriża)
2011/C 370/18
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Solvay SA (rappreżentanti: P. Foriers, F. Louis, R. Jafferali u A. Vallery, avukati)
Parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, F. Castillo de la Torre, aġenti, N. Coutrelis, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-17 ta’ Diċembru 2009, Solvay vs Il-Kummissjoni (T-57/01), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba tar-rikorrenti intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/6/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 [KE] — Kompetizzjoni — Suq tas-soda fil-Komunità (bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda) — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Ksur tad-dritt li l-kawża tiġi deċiża f’terminu raġonevoli — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Definizzjoni preliminari żbaljata tas-suq ġeografiku rilevanti — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Ċirkustanzi eċċezzjonali li juru n-nuqqas ta’ pożizzjoni dominanti
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-17 ta’ Diċembru 2009, Solvay vs Il-Kummissjoni (T-57/01), hija annullata.
(2)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/6/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 tat Trattat KE (COMP/33.133 — C: Karbonat tas-soda — Solvay), hija annullata.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż kemm tal-ewwel istanza kif ukoll tal-appell.
(1) ĠU C 161, 19.06.2010.
Full & Egal Universal Law Academy