15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Diċembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-111/10) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 108(1) u (2) TFUE - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika tal-Litwanja bil-għan li tinxtara art agrikola - Kompetenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Skema ta’ għajnuna eżistenti - Miżuri xierqa - Natura indissoċjabbli ta’ żewġ skemi ta’ għajnuna - Bdil fiċ-ċirkustanzi - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Kriżi ekonomika - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ proporzjonalità)
2014/C 45/02
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L. Flynn u B. Stromsky kif ukoll minn A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sitbon u F. Florindo Gijón, aġent)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u L. Liubertaitė, aġenti); L-Ungerija (rappreżentanti: G. Koós u M. Fehér kif ukoll minn K. Szíjjártó, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Szpunar, aġent)
Suġġett
Rikors għal annullament — Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/983/UE, tas-16 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Litwanja għax-xiri ta’ art agrikola bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 338, p. 93) — Nuqqas ta’ kompetenza — Abbuż ta’ poter — Ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn Stati Membri u Istituzzjonijiet — Żball manifest ta’ evalwazzjoni
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy