11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Frisdranken Industrie Winters BV vs Red Bull GmbH
(Kawża C-119/10) (1)
(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 5(1)(b) - Mili ta’ bottijiet li diġà għandhom fuqhom sinjal simili għal dak ta’ trade mark - Provvista ta’ servizz fuq ordni u fuq l-istruzzjonijiet ta’ terz - Azzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark kontra l-fornitur)
2012/C 39/03
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Frisdranken Industrie Winters BV
Konvenua: Red Bull GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 Vol. 1 p. 92) — Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata li jopponi li t-trade mark tiegħu tintuża b’mod illeċitu — Użu minn sinjal — Mili ta’ bottijiet li diġà għandhom fuqhom sinjal li jitwettaq bħala servizz għal u fuq ordni ta’ terz — Prodotti intiżi biss għall-esportazzjoni barra l-Benelux jew barra l-Unjoni Ewropea — Pubbliku rilevanti
Dispożittiv
L-Artikolu 5(1)(b) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal 21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li fornitur ta’ servizz li, fuq ordni u fuq l-istruzzjonijiet ta’ terz jimla pakketti li ġew provduti lilu minn dan it-terz li qabel ikun waħħal fuqhom sinjal identiku jew simili għal sinjal protett bħala trade mark, ma jagħmilx huwa stess użu minn dan is-sinjal li jista’ jiġi ipprojbit taħt din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 134, 22.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy