21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France (EDF), Ir-Repubblika Franċiża, Iberdrola, SA
(Kawża C-124/10 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Rinunzja għal kreditu fiskali - Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji - Żieda fil-kapital azzjonarju - Aġir tal-Istat bħala investitur privat avżat f’ekonomija tas-suq - Kriterji li jippermettu li ssir distinzjoni bejn l-Istat li jaġixxi bħala azzjonist u l-Istat li jeżerċita l-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika - Definizzjoni tal-investitur privat ta’ riferiment - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Oneru tal-prova)
2012/C 217/02
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Gippini Fournier, B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)
Appellata: Électricité de France (EDF) (rappreżentant: M. Debroux, avukat), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti), Iberdrola, SA (rappreżentantii: J. Ruiz Calzado u É. Barbier de La Serre, avukati)
Parti intervenjenti insostenn tal-appellanti: L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (représentants: X. Lewis u B. Alterskjær, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2009, li permezz tagħha din tal-aħħar annullat l-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar miżuri ta’ għajnuna favur EDF u s-settur tal-industriji tal-elettriku u tal-gass (C 68/2002, N 504/2003 u C 25/2003) — Għajnuna mogħtija fil-forma ta’ eżenzjoni fiskali selettiva marbuta ma’ żieda fil-kapital azzjonarju matul ir-rikapitalizzazzjoni tal-impriża — Aġir tal-Istat bħala investitur privat avżat f’ekonomija tas-suq — Kriterji ta’ distinzjoni bejn l-Istat bħala azzjonist u l-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tiegħu ta’ setgħa pubblika — Prinċipju ta’ trattament fiskali ugwali
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ir-Repubblika Franċiża u Iberdrola SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 161, 19.06.2010.
Full & Egal Universal Law Academy