4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht — il-Ġermanja) — Merck Sharp & Dohme Corporation (li kienet Merck & Co.) vs Deutsches Patent- und Markenamt
(Kawża C-125/10) (1)
(Proprjetà intellettwali u industrijali - Privattivi - Regolament (KEE) Nru 1768/92 - Artikolu 13 - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali - Possibbiltà li jingħata ċertifikat f’każ fejn il-perijodu li jkun għadda bejn id-data meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal privattiva bażika u d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fil-Komunità jkun ta’ inqas minn ħames snin - Regolament (KE) Nru 1901/2006 - Artikolu 36 - Estensjoni tat-tul ta’ żmien taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari)
2012/C 32/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Merck Sharp ^ Dohme Corporation (li kienet Merck & Co.)
Konvenuta: Deutsches Patent- und Markenamt
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundespatentgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) — Possibiltà li jingħata dan iċ-ċertifikat f’każ fejn il-perijodu li jkun għadda bejn id-data meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal privattiva bażika u d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fil-Komunità jkun inqas minn ħames snin
Dispożittiv
L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1768/92, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 36 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti mediċinali jistgħu jkunu suġġetti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari meta l-perijodu li jkun għadda bejn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal privattiva bażika u d-data tal-ewwel ATS fl-Unjoni jkun inqas minn ħames snin. F’dan il-każ, it-terminu tal-estensjoni pedjatrika prevista minn dan l-aħħar regolament tibda tiddekorri mid-data stabbilita billi jitnaqqsu mid-data ta’ skadenza tal-privattiva, id-differenza bejn ħames snin u t-tul ta’ żmien tal-perijodu li jkun għadda bejn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal privattiva bażika u d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.
(1) ĠU C 161, 19.6.2010
Full & Egal Universal Law Academy