28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugal) — FOGGIA-Sociedade Gestora de Participações Sociais SA vs Secretário de Estado dos Assuntos Fiscais
(Kawża C-126/10) (1)
(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Direttiva 90/434/KEE - Sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-amalgamazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta’ assi u l-iskambji tal-azzjonijiet li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti - Artikolu 11(1)(a) - Raġunijiet kummerċjali validi - Ristrutturazzjoni jew razzjonalizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kumpanniji li pparteċipaw fl-operazzjoni - Kunċetti)
2012/C 25/12
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: FOGGIA-Sociedade Gestora de Participações Sociais SA
Konvenuta: Secretário de Estado dos Assuntos Fiscais
fil-preżenza ta’: Ministério Público
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1)(a) Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet [amalgamazzjonijiet], id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi [assi] u l-iskambji tal-ishma [azzjonijiet] li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142) — Operazzjonijiet li għandhom bħala għan l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa — Kunċetti ta’ “raġunijiet kummerċjali validi” u ta’ “l-istrutturazzjoni mill-ġdid jew ir-razzjonalizzazzjoni ta’ l-attivitajiet tal-kumpanniji li jkunu qegħdin jieħdu sehem fil-ħidma”
Dispożittiv
L-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ operazzjoni ta’ amalgamazzjoni bejn żewġ kumpanniji tal-istess grupp, jista’ jikkostitwixxi preżunzjoni li din l-operazzjoni ma twettqitx għal “raġunijiet kummerċjali validi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-fatt li, fid-data tal-operazzjoni ta’ amalgamazzjoni, il-kumpannija assorbita ma teżerċita ebda attività, ma għandha ebda sehem finanzjarju u tittrasferixxi biss lill-kumpannija li assorbiet kumpannija oħra t-telf fiskali li l-ammont tiegħu huwa kbir u l-oriġini tiegħu huwa indeterminat, għalkemm din l-operazzjoni għandha effett pożittiv f’termini ta’ ekonomija ta’ spejjeż strutturali għal dan il-grupp. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fir-rigward taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża li għandha quddiemha, jekk l-elementi li jikkostitwixxu l-preżunzjoni ta’ evażjoni jew ta’ evitar tat-taxxa fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni humiex sodisfatti fil-kuntest ta’ din il-kawża.
(1) ĠU C 134, 22.05.2010
Full & Egal Universal Law Academy