4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-127/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/42/KE dwar il-makkinarju - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 328/14
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Karanasou Apostolopoulou u G. Zavvos, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/K, ir-Repubblika Ellenika naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblka Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy