29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Leuven (il-Belġju) — Olivier Halley, Julie Halley u Marie Halley vs Belgische Staat
(Kawża C-132/10) (1)
(Tassazzjoni diretta - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Taxxa tas-suċċessjoni fuq l-azzjonijiet irreġistrati - Terminu ta’ preskrizzjoni għall-valutazzjoni tal-azzjonijiet f’kumpanniji mhux residenti itwal minn dak applikabbli għall-kumpanniji residenti - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni)
2011/C 319/09
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Leuven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Olivier Halley, Julie Halley u Marie Halley)
Konvenut: Belgische Staat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Leuven — Interpretazzjoni tal-Artikoli 26, 49, 63 u 65 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li, għat-taxxa tas-suċċessjoni fuq azzjonijiet irreġistrati, tipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ sentejn fil-każ li l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija li toħroġ l-azzjonijiet jinsab fl-Istat Membru kkonċernat, u terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin fil-każijiet l-oħra
Dispożittiv
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, milli tipprovdi, fil-qasam tat-taxxa tas-suċċessjoni, terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin għall-valutazzjoni ta’ azzjonijiet irreġistrati ta’ kumpannija li tagħha l-mejjet kien azzjonista u li s-sede ta’ tmexxija effettiva tagħha tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor filwaqt li dan l-istess terminu jkun ta’ sentejn meta s-sede ta’ tmexxija effettiva tinsab fl-ewwel Stat Membru.
(1) ĠU C 134, 22.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy