25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Conseil d’État — il-Belġju) — Il-Komunitajiet Ewropej vs Région de Bruxelles-Capitale
(Kawża C-137/10) (1)
(Artikoli 207(2)KE u 282 KE - Rappreżentenza tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-qrati nazzjonali - Kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni - Delega tas-setgħa ta’ rappreżentenza lil istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni - Kundizzjonijiet)
2011/C 186/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Il-Komunitajiet Ewropej
Konvenuta: Région de Bruxelles-Capitale
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 282 u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(2) — Kundizzjonijiet tad-delega, mill-Kummissjoni, tas-setgħat ta’ rappreżentanza legali tal-Komunità lil istituzzjoni oħra — Validità tal-mandat fin-nuqqas ta’ ħatra bl-isem tal-persuna fiżika awtorizzata li tirrappreżenta l-istituzzjoni delegatarja — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali sabiex tiddeċiedi fuq din il-kwistjoni — Dubji relatati mal-validità tar-rappreżentanza legali fi proċeduri legali tal-Kunsill mid-Deputat Segretarju Ġenerali, responsabbli mis-Segretarjat Ġenerali — Osservanza tal-prinċipju ta’ awtonomija organizzativa tal-istituzzjonijiet
Dispożittiv
Il-mandat li bih il-Kummissjoni Ewropea ddelegat lil xi istituzzjoni oħra s-setgħa tagħha, ibbażat fuq l-Artikolu 282 KE, li tirrappreżenta l-Komunitajiet Ewropej quddiem qorti nazzjonali, f’kawża li tikkonċerna din l-istituzzjoni, kien ingħata b’mod validu kemm meta kien fih il-ħatra bl-isem ta’ persuna fiżika awtorizzata li tirrappreżenta l-istituzzjoni ddelegata. F’tali każijiet, kemm din l-istituzzjoni kif ukoll il-persuna fiżika, jekk hija kienet inħatret, jistgħu jagħtu mandat lil avukat sabiex jirrappreżenta lill-Komunitajiet Ewropej.
(1) ĠU C 148, 05.06.2010
Full & Egal Universal Law Academy